104 anzjan jistennew kura għad-dimensja

Bħalissa hemm 104 anzjan li qed jistennew biex jirċievu kura speċjalizzata għad-dimensja.

Dan qalu l-Ministru għall-Familja Michael Falzon waqt seduta fil-Parlament. Huwa kien mistoqsi mill-Membru Parlamentari Ivan Bartolo dwar kemm hemm anzjani fil-waiting list li qed jistennew biex jiddaħħlu fi swali tad-dimensja.