Nina, l-għasafar u l-vjola… u Stephanie ta’ 103

Read in English.

Stephanie Agius, waħda mit-tim ta’ Kevin’s Road Show, a Drive with Friends qalet ma’ Newsbook.com.mt li l-istazzjon 103 qed ikompli jlewnilha ħajjitha. Temmen li l-istazzjon għandu “tim impekkabbli”. Tħobb il-kulur vjola kif ukoll tivvjaġġa.

Kevin’s Road Show, A Drive with Friends jixxandar bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa, mill-4pm sas-7pm.

Newsbook.com.mt:  Kieku kellek tibdel ismek u kunjomok x’tagħżel?

Stephanie: Kieku nagħżel Nina bħala isem, għax apparti li jogħġobni, qasir biex tiktbu. Togħġobni ħafna wkoll il-fighter ta’ Tekken, li ġġibli ħafna memorji sbieħ ta’ meta kont żgħira. Nina kienet omm Steve fil-logħba tal-playstation. Kunjom inżomm li għandi għax peress li jibda bl-ittra A jkun dejjem l-ewwel fil-listi!

Newsbook.com.mt: Liema annimal tassoċja miegħek u għaliex?

Stephanie: Għasfur minħabba l-libertà

Newsbook.com.mt: Kulur favorit:

Stephanie: Il-kulur vjola għax apparti li hu vibranti, ifisser ukoll nobbli, lussu, poter u ambizzjoni

Newsbook.com.mt: Kwotazzjoni li ispiratek l-aktar:

Stephanie: Travel is the only thing you buy that makes you richer – Minbarra li nħobb insiefer ħafna, nemmen li hi l-iktar ħaġa li tista’ tixtri u tagħtik ħafna iktar lura, kemm bħala edukazzjoni, kif ukoll esperjenzi li ġġorr dejjem miegħek.

Newsbook.com.mt: Liema hu l-iktar Papa li nfluwenzak l-iktar f’ħajtek?

Stephanie: Il-Papa Franġisku, minħabba li qabel ma daħal Ġiżwita, kien bouncer ġo nightclub. Hemm baħar jaqsam fl-istil ta’ ħajja.

Newsbook.com.mt: Min xiex tibża’ l-aktar?

Stephanie: Mill-mard! Il-ħajja hi l-iktar ħaġa li nħobb u ngħożż

Newsbook.com.mt: Kanzunetta li tirritak l-aktar?

Stephanie: The ketchup song – għax l-istess frażi tiġi ripetuta l-ħin kollu. Napprezza ħafna l-kanzunetti li għandhom lirika bis-sens.

Newsbook.com.mt: Oġġett li ma timmaġinakx tgħix mingħajru:

Stephanie: Ovvjament il-passaport

Newsbook.com.mt: Karriera li verament tixtieq jew somma flus?

Stephanie: Karriera, għax bil-karriera li nixtieq ikolli l-kuntentizza u l-flus ukoll.

Newsbook.com.mt: Għaliex 103?

Stephanie: Minbarra tim impekkabbli u ta’ spirtu meraviljuż, waħda mill-passjonijiet tiegħi hija li ngħix il-bidla li rrid nara u li nkun parti minn tim spiritwali. Grazzi 103 talli żidtuli frott ma’ li diġà għandi f’ħajti.