103 każijiet ġodda tal-coronavirus; ifiqu 169 persuna

people-wearing-masks-valletta-coronavirus
Miguela Xuereb

Read in English.

Malta għandha 103 każijiet ġodda tal-coronavirus, filwaqt li fiequ 169 persuna. Il-każijiet il-ġodda rriżultaw mit-3,010 swab tests li saru.

Dan ifisser li l-każijiet attivi niżlu taħt l-2,000 billi hawn 1,985 każ attiv bħalissa.

OFFICIAL COVID-19 figures for 05•12•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate

Posted by saħħa on Saturday, December 5, 2020

Ilbieraħ tħabbru 123 każ ġdid tal-coronavirus, li minnhom kien hemm:

  • 18-il każ fost membri tal-familja ta’ nies li kellhom il-virus
  • 6 każijiet minn fuq il-post tax-xogħol
  • 4 każijiet ta’ nies li kellhom kuntatt dirett ma’ nies bil-virus
  • 2 każijiet minn attivitajiet soċjali

B’hekk jidher li ma nstabitx l-oriġini ta’ 93 każ.