103 każi ġodda ta’ coronavirus fil-pajjiż

swabbing center

Read in English.

F’Malta l-każi attivi huma ta’ 2,151 hekk kif il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li 103 persuni oħra li nstabu pożittivi għall-coronavirus fl-aħħar 24 siegħa.

Fl-infografika tal-jum ħareġ li dawn instabu wara 3,189 swab test. Kien hemm total ta’ 123 persuna oħra li fiequ mill-virus. L-għadd ta’ persuni li mietu kawża tal-coronavirus f’Malta huma 98.

Il-każi rrappurtati llum għadhom qed jiġu investigati. Intant, mill-117-il każ irrappurtati l-Ħadd, hemm 90 każ li għadu mhux magħruf minn fejn ħadu l-virus. Intant, il-bqija ta’ każi kienu mqassmin hekk:

  • 14 li huma qraba ta’ każi pożittivi
  • 8 li huma kollegi ta’ każi pożittivi
  • 3 li huma individwi li kellhom kuntatt dirett ma’ każi pożittivi
  • 2 każi impurtati