1,026 flixkun tal-plastik inġabru waqt l-festa ta’ San Filep f’Ħaż-Żebbuġ f’hekk msejjħa plastiKAXXA. Dan tħabbar permezz ta’ post fuq Facebook mill-għaqda mhux governattiva Żibel. L-għan huwa li din il-kaxxa tintuża waqt avvenimenti tal-massa biex titqajjem kuxjenza dwar il-plastik li jiġi użat darba biss. Żibel qalu li l-flixken se jiġu rriċiklati filwaqt li t-tappijiet se jinżammu għall-Istrina.
Il-kaxxa hi magħmula minn qafas tal-injam u xibka tas-sajd li l-għaqda sabet f’Għar Lapsi f’wieħed mit-tindif riċenti li kellhom. L-inzjattiva hi kollaborazzjoni bejn Żibel, GreenPak COOP u fablab.
Huma appellaw lil dawk kollha li jixtiequ jaraw l-plastiKAXXA fil-festa tagħhom biex jitolbu lill-Kunsill Lokali rispettiv tagħhom jagħmel kuntatt mal-għaqda fuq hello@zibel.org .