102 każijiet ġodda tal-coronavirus; ifiqu 83 persuna

people-in-rain-valletta
Miguela Xuereb

Read in English.

Illum tħabbru 102 każijiet ġodda tal-coronavirus, filwaqt li fiequ 83 persuna. Il-każijiet il-ġodda ħarġu mill-2,768 swab test li saru.

It-total ta’ każijiet attivi bħalissa hu ta’ 2,086.

OFFICIAL COVID-19 figures for 01•12•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate

Posted by saħħa on Tuesday, December 1, 2020

Ilbieraħ tħabbru 121 każ ġdid tal-Covid-19. Fosthom, kien hemm:

  • 22 każ ta’ persuni li ħadu l-virus mingħand membri tal-familja
  • 7 mingħand kollegi
  • 2 każijiet ta’ persuni li kellhom kuntatt dirett ma’ nies bil-virus
  • 3 każijiet minn attivitajiet soċjali fejn kien hemm nies bil-virus
  • 9 każijiet ġew minn barra minn Malta

Jidher li ma nstabitx l-oriġini tat-78 każ l-ieħor.

Il-każijiet tal-bieraħ
121 każ ġdid ta’ coronavirus

L-għadd ta’ vittmi tal-coronavirus f’Malta huwa ta’ 141 persuna, wara li dalgħodu tħabbru erba’ mwiet oħra.