Read in English.
Malta għandha 102 każi ġodda tal-coronavirus, filwaqt li fiequ 103 persuni. Dan irriżulta minn 2,942 swab test li saru.
B’hekk f’Malta issa hawn total ta’ 1,962 każ attiv.
Id-dettalji ġew ikkonfermati mill-Ministeru għas-Saħħa fl-infografika li qed tiġi ppubblikata kuljum fuq il-paġna ta’ Facebook.
Ilbieraħ kien hemm 146 każi ġodda tal-coronavirus. Minn dawn kien hemm:
- 32 persuna li ħadu l-virus mingħand xi ħadd tal-familja
- 5 li ħaduh minn fuq il-post tax-xogħol
- 2 persuni li kellhom kuntatt dirett ma’ nies bil-virus
- 2 persuni minn attivitajiet soċjali
Dan ifisser li mhix magħrufa l-oriġini ta’ 105 każi oħra.
Dalgħodu, il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar is-76 vittma tal-coronavirus f’Malta
Anzjana tmut bil-Covid-19 fl-isptar f’San Pawl il-Baħar