102 każi ġodda ta’ coronavirus f’Malta

Woman-wearing-face-mask-due-to-coronavirus-pandemic-7
Miguela Xuereb

Read in English.

Fl-aħħar 24 siegħa nstabu fil-pajjiż total ta’ 102 persuni oħra pożittivi għall-coronavirus.

Fl-infografika maħruġa mill-Ministeru għas-Saħħa intqal li dawn instabu wara 3,221 swab test. Kien hemm total ta’ 89 persuni oħra li fiequ mill-virus. L-għadd ta’ persuni li mietu kawża tal-coronavirus f’Malta huwa ta’ 111. Il-każi attivi fil-pajjiż bħalissa huma ta’ 2,159.

Skont il-bulettin, mill-141 każ ta’ Covid-19 irrappurtat ilbieraħ ġew traċċati 53. Dawn huma maqsuma hekk

  • 14 kollega ta’ każi magħrufa
  • 31 qraba ta’ każi magħrufa
  • 8 kuntatti diretti oħrajn