​102 accountants u awdituri ġodda

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ppreżenta ċ-ċertifikat ta’ warrant lil 102 accountants u awdituri ġodda.
Il-Ministru Scicluna feraħ lill-professjonisti ġodda u awguralhom għall-ħidma tal-ġejjieni.
Saħaq dwar l-importanza ta’ taħriġ professjonali li accountants u awdituri jingħataw bħala parti mill-formazzjoni tagħhom u fakkar li din il-professjoni hi s-sinsla tas-settur tan-negozju u tiftaħ opportunitajiet f’ħafna oqsma.
Ritratt: DOI Malta – Jeremy Wonnacott