101 każ ġdid ta’ coronavirus

Miguela Xuereb

Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 101 każ ġdid ta’ coronavirus wara li saru total ta’ 2,978 swab test.

Fl-infografika tal-jum, il-Ministeru għas-Saħħa qal ukoll li l-każi attivi fil-pajjiż bħalissa jammontaw għal 1,761. Dan hekk kif fiequ 150 persuna oħra.

Ilbieraħ tħabbru 52 każijiet ġodda tal-coronavirus, li minnhom kien hemm:

  • 19-il każ fost membri tal-familja ta’ nies li kellhom il-virus
  • 7 każijiet minn fuq il-post tax-xogħol
  • 2 każijiet ta’ nies li kellhom kuntatt dirett ma’ nies bil-virus
  • 2 każijiet minn avvenimenti soċjali

B’hekk jidher li ma nstabitx l-oriġini ta’ 22 każ.