100,000 żarbun u ħwejjeġ foloz misjuba mid-Dwana

Fl-ewwel sitt xhur tas-sena instabu 99,570 oġġett ta’ ditti folz, l-maġġoranza ta’ liem huma ħwejjeġ u żraben. Apparti minn dawn instabu ukoll 64 kaxxa mimlija basktijiet tal-plastik, 84 kaxxa mimlija pipe fittings u 3 ornamenti tal-avorju.

Sejbiet ta’ droga, alkoħol u sigaretti tal-kuntrabandu ma nqsux.  F’dawn is-sitt xhur instabu 98 kilogramma kannabis u 2 kilogrammi kokaina, 2,617 flixkun inbid u xorb alkoħoliku, kif ukoll 933,986 sigaretti tal-kuntrabandu u 78.2 kilogramma tabakk.