10,000 persuna tagħmel użu mill-mediċina Ċiniża f’Malta

Madwar 10,000 persuna fis-sena jingħataw kura fil-kliniċi għall-mediċina Ċiniża f’Malta, inkluż minn dik li tinsab f’Mater Dei. Dan intqal fi stqarrija mibgħuta mill-Ministeru għas-Saħħa.

Fl-aħħar jiem ġiet inawgurata wirja dwar it-tradizzjoni medika Ċiniża fi Ġnien is-Serenita ġewwa Santa Luċija.

Il-Ministru Chris Fearne qal li l-mediċina tradizzjonali Ċiniża tista’ tintuża biex tikkumplimenta l-prattiċi mediċi tal-Punent.