10,000 Father Christmas jiġru għall-karità

Nhar il-Ħadd 8 ta’ Diċembru saru żewġ ġirjiet fir-Renju Unit li fihom bejniethom  ħadu sehem 10,000 Father Christmas. F’Londra f’Victoria Park kien hemm 3,000 wieħed waqt li fi Glasgow fl-Iskozja kien hemm 10,000.  Dawn kollha ħadu sehem biex jiġbru flus għall-karità.

Il-ġirja f’Londra kienet l-10 waħda f’tant snin li fiha dawk libsin bl-aħmar u bid-daqna bajda setgħu jagħżlu jiġrux 5 kilometri jew 10 kilometri. Dawk li kellhom il-ħila u n-nifs biex itemmu l-korsa ngħataw mince pies u midalja tal-okkażjoni.

Skyline Events, l-organizzaturi tat-tiġrija, qalu li jittamaw li permezz tal-kontribuzzjonijiet waqt it-tiġrija xtaqu jiġbru bejn £500,000  u miljun lira sterlina biex jitqassmu lil madwar 65 organizzazzjoni jew għaqda tal-karità. Is-Save the Children kienet l-għaqda prinċipali li kellha tingħata l-għajnuna imma l-parteċipanti kellhom il-possibbiltà li jagħżlu liema għaqda riedu huma biex jagħtuhom il-flus.

Siobhan Dillon, kelliema għak Skyline Events, qalet li meta tara 3,000 Santas jiġru flimkien f’Victoria tkun qed tara xena tal-ġenn. Kompliet tgħid li l-okkażjoni ta’ din il-ġimgħa kienet l-aktar waħda li qatt ħadu sehem fiha Father Christmases.

Eluf ta’ Father Christmases fit-tellieqa fi Glasgow

Iżda l-ġirja fi Glasgow ħadu sehem fiha aktar minn tliet darbiet ta’ dawk li ħadu sehem f’Londra meta pparteċipaw fiha aktar minn 10,000 Father Christmas.