10,000 aktar vetturi mis-sena l-oħra – NSO

Żdiedu madwar 10,000 vettura f’Malta mill-aħħar tal-2018 ‘l hawn, skont l-NSO.

Fi stqarrija, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) qal li fl-aħħar ta’ Settembru 2019 kien hawn 394,955 vettura. Fi tmiem is-sena li għaddiet, kien hawn 385,326 vettura, differenza ta’ 9,629.

L-NSO qal li mill-vetturi f’Malta, 77.5% kienu karozzi, 13.6% vetturi kummerċjali, 7.8% muturi u quadbikes, u inqas minn 1% kienu xarabanks u minibuses.

Fit-tielet kwart tal-2019, kien hemm 2,923 vettura ġdida li ġiet liċenzjata. Fl-istess perjodu kien hemm 3,757 liċenzjati li kienu użati.

Kemm kien hemm vetturi fl-aħħar ta’ Settembru mill-2016 s’issa?

Statistika – NSO

Sal-aħħar ta’ Settembru 2019 kien hawn:

  • 305,941 karozzi
  • 29,471 muturi jew e-bicycles
  • 1,390 minibuses
  • 406 coaches