100 żiemel maqtula fil-Biċċerija

Read in English.

100 żiemel ġew maqtula fil-Biċċerija mis-sena 2013 ’l hawn. Din l-istatistika ġiet ippreżentata fil-Parlament mill-Ministru għall-Ambjent Josè Herrera bi tweġiba għall-mistoqsija tal-Membru Parlamentari Godfrey Farrugia.  

L-istatistika turi wkoll li matul l-aħħar sitt snin kien hemm tnaqqis drastiku fir-rata taż-żwiemel maqtula fil-Biċċerija. Fl-2013 inqatlu 40 żiemel filwaqt li s-sena ta’ wara n-numru kien diġà naqas bin-nofs. Din is-sena nqatel żiemel wieħed.