“100 ventilator imma 25 biss jistgħu jintużaw; m’hawnx ħaddiema” – MAM

Read in English.

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) qed tgħidli għalkemm il-Gvern qed jgħid li hemm 100 ventilator, kwart biss jistgħu jintużaw għax m’hemmx biżżejjed ħaddiema tas-saħħa.

L-Assoċjazzjoni spjegat li s-sistema ta’ kura daqt mhux se tibqa’ tiflaħ għall-piż minħabba ż-żieda fil-każi tal-Covid-19. Hemm nuqqas ta’ ħaddiema fl-Isptar Mater Dei, u hemm dewmien ta’ ġurnata għal swabbing urġenti. Għal pazjenti oħra, hemm dewmien ta 5-6 ġranet. Contact tracing spiċċa ineffettiv minħabba l-ammont ta’ xogħol li daħal.

L-MAM kompliet tgħid li l-medja li tinbidel fuq 7 ġranet hi ta’ 125 każ ġdid kuljum. Ilbieraħ kien hemm żewġ persuni li mietu b’kaġun tal-pandemija, u hemm 16-il persuna fl-ITU, waqt li 80 persuna qiegħdin l-Isptar. Din tfisser li qed jistennew daqs 3 sa 5 każi jidħlu l-ITU kuljum.

L-istqarrija qalet li x-xena tas-Sibt li għadda f’Paceville turi kif in-nies mhux iżommu mar-regoli għax qed jassumu li l-Gvern mhux se jżomm sod fuq ir-regolazzjonijiet. Żiedet li l-mod kif kienu l-ġurnalisti waqt il-konferenza tal-Prim Ministru (PM) Robert Abela ma setgħetx tagħti eżempju agħar lill-persuna komuni.

L-MAM qed tappella li Malta taġixxi issa, hekk kif mexxejja oħra ta’ pajjiżi Ewropej introduċew lockdowns parzjali jew curfews fuq il-pariri tal-esperti mediċi. Dan hekk kif is-servizzi tas-saħħa daqt jilħqu punt kritiku.

Ilbieraħ kien hemm 125 każ ġdid ta’ coronavirus minn fost 3,285 swab test.