100 tifel u tifla jgħidu tagħhom mal-Ministru Leo Brincat

100 tifel u tifla mill-Iskola Primarja tal-Fgura żaru l-Impjant tar-Riċiklaġġ ta’ Sant’Antnin f’Wied il-Għajn u ltaqgħu mal-Ministru għall-Ambjent Leo Brincat.
Il-Ministru sema’ s-suġġerimenti, il-proposti u l-kritika tat-tfal dwar dak li għandu x’jaqsam mal-iskart.
Żied jgħid li għalkemm il-Gvern se jniedi kampanja edukattiva dwar l-immaniġġjar tal-iskart għas-snin li ġejjin, it-tfal infushom huma l-aqwa edukaturi ambjentali għax kapaċi jinfluwenzaw u jedukaw lil dawk akbar minnhom.