F’Għawdex isiru 100 swab kuljum – Fearne

swabbing center

Read in English.

F’Għawdex qed isiru mal-100 swab test kuljum. Dan żvelah il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Kevin Cutajar.

Huwa qal li l-ewwel swab minn Għawdex ittieħed fit-3 ta’ Marzu u minn dakinhar in-numru ta’ swabs żiedu bil-bosta. Qal li matul l-aħħar xahar dawn qed joqorbu l-100 kuljum.

It-total ta’ swabs li saru mill-gżira Għawdxija sal-4 ta’ Mejju kien 2,021. Hu spjega li peress li dawn l-iswabs jinħadmu flimkien f’Malta, l-analiżi fil-laboratorju hija l-istess għaż-żewġ gżejjer.

Hu qal li l-kampjuni jiġu trasferiti regolarment matul il-ġurnata minn Għawdex għal Malta.

Skont l-informazzjoni mogħtija mis-Superintendent għas-Saħħa Pubblika, Prof. Charmaine Gauci kien hemm 21 persuna li kienu infettati mill-gżira t’Għawdex. Qalet li issa fadal biss każ wieħed attiv filwaqt li żewġ persuni mill-ħamsa li mietu b’rabta mal-virus f’Malta wkoll kienu ġejjin minn Għawdex.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn