100 sena mit-twaqqif tal-Knisja Parrokkjali tal-Marsa

Bħala parti mill-programm ta' ċelebrazzjonijiet fl-okkażjoni tal-ewwel ċentinarju mill-inawgurazzjoni tal-Knisja Parrokkjali u t-twaqqif tal-Parroċċa tat-Trinità Qaddisa fil-Marsa, tnieda għall-ewwel darba l-‘Innu taċ-Ċentinarju’.  Dan tnieda matul serata li saret taħt il-patronċinju tal-President ta’ Malta Dr George Abela. F’din is-serata ħadu sehem fiha il-Grupp Mużikali Trinità Mqaddsa taħt id-direzzjoni tas-surmast-direttur Ray Sciberras, is-soprana Rosabelle Bianchi, it-tenur Joe Aquilina u l-kantanti Amber Bondin u Josef Tabone.

L-‘Innu taċ-Ċentinarju’ għandu kliem ta' Anselm Sciberras u mużika oriġinali ta' Ray Sciberras.