100 sena mill-għarqa ta’ 3 vapuri fil-Port il-Kbir

Illum jaħbat il-100 anniversarju minn meta għerqu tliet vapuri ‘l barra mill-Port il-Kbir fl-Ewwel Gwerra Dinjija u ħallew 138 vittma.
L-HMS Russell, l-HMS Nastartium u l-HMY Aegusa għerqu fis-27 ta’ April 1916 meta l-Ġermaniżi poġġew 22 minjiera ta’ bombi permezz tas-sottomarin U-73.
L-ewwel li ntlaqat mill-minjiera ta’ bombi kien l-HMS Russell li fuqu mietu 125 persuna wara li ntlaqat minn żewġ bombi.
L-HMS Nastartium li kien telaq minn Malta fl-24 ta’ April reġa’ nġieb lejn il-kosta biex ifittex is-sottomarin Ġermaniż, iżda ntlaqat mill-minijiera u mietu seba’ persuni oħra.
Dgħajsa oħra li ntlaqtet mill-bombi kienet l-HMY Aegusa li kienet qed tfittex baħħara li baqgħu ħajjin wara li għereq l-HMS Nastartium. Din id-dgħajsa għerqet ukoll u sitt persuni li kienu fuqha mietu.
Illum dawn il-vapuri jinsabu ‘l barra mill-Port il-Kbir f’fond ta’ 135 metru taħt l-ilma.