100 persuna salvati mill-għarqa mill-AFM; 2 oħra mejta

AFM immigranti

Il-Forzi Armati ta’ Malta salvaw 100 persuna li kienu jinsabu fuq dagħjsa li kienet fil-periklu imminenti li tgħereq. Id-dagħjsa kienet tinsab 68 mil nawtiku fin-Nofsinhar ta’ Malta. Abbord id-dagħjsa kien hemm ukoll żewġ persuni mejta.

L-opperazzjoni tas-salvataġġ saret iktar kmieni dalgħodu wara li l-AFM ġew infurmati li kien hemm dagħjsa f’diffikulta.