100 persuna jinqatlu waqt l-irqad

Iktar vjolenza fin-Niġerja hekk kif 100 persuna nqatlu matul il-lejl waqt attakki fuq tliet villaġġi.  L-attakki saru minn madwar 40 persuna armata bis-snieter.   

Fil-mira tagħhom kien hemm id-djar tan-nies ta’ Angwan Gata, Chenshyi u Angwan Sankwai fid-distrett ta’ Kaura fl-istat ta’ Kaduna.  Il-maġġoranza tan-nies inqatlu waqt l-irqad bis-snieter u oħrajn inħarqu ħajja.

Qabel ħarbu, l-aggressuri serqu wkoll xi ikel.  Jidher li sa issa ma kienx hemm attakki oħra ta’ vendikazzjoni.