100 minuta f’telefonati b’xejn sa għada

Il-kumpanija Go qed toffri lill-klijenti tagħha 100 minuta b’xejn f’telefonati lil numri lokali sa għada f’nofsillejl.

Din l-offerta qed tingħata bħala apoloġija u kumpens lill-klijenti għall-qtugħ ħesrem fis-servizz tal-internet li kien hemm bejn is-7.30 u d-9.00 tal-bieraħ filgħodu.

Il-klijenti li qed jibbenifikaw minn din l-offerta jistgħu jiċċekkjaw il-bilanċ tal-minuti b’xejn billi jibagħtu sms vojt fuq in-numru 16415 jew jiċċekkjaw fl-applikazzjoni ta’ Go.