​100 miljun persuna oħra jibdew jużaw il-WhatsApp

Il-Kap Eżekuttiv tal-WhatsApp ħabbar li bħalissa hemm 700 miljun persuna li jużaw il-WhatsApp.
Qal ukoll li jintbagħtu iktar minn 30 biljun messaġġ kuljum.
Żied jgħid li kull ma jmur, WhatsApp qed tkompli żżid il-popolarità tagħha, tant li f'temp ta' 4 xhur, il-persuni li jużawha żdiedu b'100 miljun.