100 każ ġdid ta’ Covid-19

Miguela Xuereb

Read in English.

100 persuna oħra nstabu pożittivi għall-coronavirus wara 2,315 swab test li saru fl-aħħar 24 siegħa. Intant, l-istess statistika indikat li 22 persuna fiqu mill-virus.

Dan tħabbar fl-infografika li qed tiġi ppubblikata kuljum mill-Ministeru għas-Saħħa. Kien spjegat li bħalissa fil-pajjiż hawn total ta’ 703 każi ta’ coronavirus attiv.

Il-każijiet tal-lum għadhom qed jiġu assessjati mill-uffiċjali tas-saħħa pubblika.

Mill-75 każ pożittiv li tħabbru lbieraħ 47 kienu sporadiżi. Il-każijiet l-oħra kienu mqassma hekk: 19-il każ ta’ qraba ta’ persuni pożittivi, 2 li huma kuntatti pożittivi fuq il-post tax-xogħol, 6 kuntatti diretti ta’ persuni pożittivi u każ impurtat.