100 Ingliż fl-aħħar sena maqbuda jittraffikaw immigranti

Fl-aħħar sena, hu maħsub li kien hemm mal-100 persuna mir-Renju Unit li ġew arrestati minħabba li ppruvaw jittraffikaw immigranti rregolari bejn Franza u l-Ingilterra.
Il-BBC qalet li l-parti l-kbira tagħhom kienu qed jaħbu passiġġieri fil-karozzi tagħhom, hekk kif hemm bidla fix-xejra ta’ traffikar – mill-użu ta’ trakkijiet kbar għall-karozzi privati żgħar.
L-Ingliżi saru t-tieni l-ikbar traffikanti ta’ immigranti minn Franza lejn l-Ingilterra, wara ċittadini ta’ pajjiżi tal-Lvant tal-Ewropa.