​100 immigrant jegħrqu fil-kosta Libjana

100 immigrant għerqu fil-kosta Libjana, viċin Tripli.
Kelliem għall-Gwardja tal-Kosta qal li 23 immigrant ġew salvati.
Spjega li fadal 97 persuna mitlufa fosthom 15-il mara u tfal.
Dan hekk kif fuq dgħajsa tal-ajra kien hemm mal-120 persuna fuqha.
Qal li d-dgħajsa għerqet minħabba li nqasam il-qiegħ.
Il-Libja hija l-post prinċipali minn fejn qed jitilqu n-nies li  jkunu qed ifittxu ħajja aħjar.
Fl-aħħar tliet snin 450,000 telqu mil-Libja biex imorru l-Italja.