100 ikla b’xejn

Il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta ħabbar li fuq inizjattiva tas-Sindku Alfred Zammit flimkien ma’ diretturi u l-staff ta’ Gracy’s Brasserie ġewwa Palazzo Verdelin (Civil Sports Club Valletta) se jingħataw 100 ikla b’xejn lir-residenti Beltin li huma l-aktar fil-bżonn f’dan iż-żmien hekk diffiċli tal-Cocid-19.

Il-Kunsill Lokali qal li dawn il-familji gew senjalati/ magħżula mit-3 Parroċċi tal-Belt flimkien mal-komunità Karmelitana.

Din l-inizjattiva hija biss waħda minn bosta li l-Kunsill se jkun qiegħed iħabbar f’dawn il-ġranet, biex b’hekk tingħata għajnuna li min hu tassew fil-bżonn.

Tassew inizjattiva li ħaqqha kull tifħir.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn