L-ISIS jikkonferma l-mewt ta’ Jihadi John

L-ISIS ikkonferma l-mewt tal-militant Ingliż, membru tal-Istat Iżlamiku, Mohammed Emwazi magħruf bħala Jihadi John.
Emwazi li deher fil-filmati li fihom inqatlu l-ħaddiem Ingliż David Haines u s-sewwieq ta’ taksi Alan Henning, kien miet kawża ta’ drone f’attakk fuq vettura, f’Novembru li għadda.
Fir-rivista tal-Istat Iżlamiku, il-grupp militanti ppubblika obitwarju għall-ġiħadist fir-rivista onlajn Dabiq.
F’Novembru li għadda, l-armata Amerikana qalet biċ-ċertezza li Jihadi John kien inqatel fil-fortizza tal-Istat Izlamiku f’Raqqa.