100,000 immigrant waslu s’issa l-Italja

Aktar minn 100,000 immigrant irregolari waslu l-Italja bid-dgħajjes din is-sena.
Il-ġimgħa l-oħra, waslu l-Italja madwar 1,500 persuna b’żewġ immigranti jmutu matul il-vjaġġ.
Il-Ministru Taljan għall-Intern Angelino Alfano qali li jinsab kburi li l-pajjiż qed “isalva l-ħajjiet ta’ dawn il-persuni”, iżda kompla jgħid li l-Unjoni Ewropea għandha tagħti aktar għajnuna dwar din il-problema.
L-operazzjoni ta’ salvataġġ “Mare Nostrum” bdiet wara li għerqu aktar minn 360 persuna mil il-bogħod mill-kosta Taljana.