100,000 Ewro għall-Istrina 2012

Il-President ta’ Malta Goerge Abela ħabbar li l-kumpanija SmartCity Malta se tagħti s-somma ta’ €100,000 lill-Istrina mill-Qalb 2012.

F’laqgħa mal-Kap Eżekuttiv ta’ SmartCity Malta, Dr Abela saħaq li din is-sena l-Istrina se tkun qed tiġi organizzata minn tliet postijiet differenti, il-Palazz Verdala, SmartCity Malta u Għawdex.

Spjega li l-ħsieb huwa li n-nies ikollhom aktar opportunitajiet kif ikunu jistgħu joffru l-għajnuna tagħhom. Huwa appella sabiex il-poplu Malti kollu juri solidarjetà mal-persuni l-anqas ixxurtjati.

Semma li għall-ewwel darba, iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-attività ta’ ġbir fondi se ssir minn SmartCity Malta.