10% żieda fiż-żjarat lejn Għawdex u Kemmuna

Rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juri li l-vjaġġi minn Malta lejn Għawdex u Kemmuna żdiedu bi kważi 10% fl-2016, meta mqabbel mal-2015.
Jirriżulta li 54% ta’ dawk li jżuru Għawdex u Kemmuna huma residenti Maltin. Dawn joqogħdu medja ta’ kważi tliet iljieli u l-maġġoranza għandhom bejn il-25 u l-44 sena. Żiedu wkoll in-nefqa f’Għawdex b’27%, meta mqabbel mal-2015.
Dawk li qagħdu f’lukandi naqsu b’7% u dawk li qagħdu f’akkomodozzjoni mikrija żdiedu bi 15%.
Żdiedu wkoll bi 15% ir-residenti ta’ Għawdex u Kemmuna li vjaġġaw lejn Malta.