10 xhur ħabs fuq traffikar ta’ droga

Żagħżugħ ta’ 32 sena mill-Ħamrun ngħata sentenza ta’ għaxar xhur ħabs u multa ta’ €950, wara li nstab ħati li ttraffika d-droga.
Il-każ imur lura għal Ottubru tal-2007, meta il-Pulizija fittxet fuq il-persuna taż-żagħżugħ u f’pakkett tas-sigaretti sabulu raża tal-kannabis, u tmien pilloli suspettati LSD.
’aktar tfittxijiet fir-residenza tiegħu, il-Pulizija sabu trab abjad kif ukoll ħaxix suspettat li kienet kannabis.