10 sodod ġodda għall-kura tal-anzjani f’Villa San Lawrenz

Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Justyne Caruana ħabbret li l-Gvern xtara għaxar sodod ġodda biex jindirizza l-problema tal-każijiet soċjali fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet fl-isptar, Justyne Caruana qalet li dawn is-sodod inxtraw bl-iskema tal-Public Private Partnership, sabiex ikun offrut servizz ta’ kura fit-tul fid-dar residenzjali f’Għawdex, fil-Villa San Lawrenz.
Qalet li għal snin sħaħ kien hemm prattika ħażina biex jiġu mistura waiting lists għal servizzi residenzjali. Permezz ta’ dil-prattika, anzjani li kienu qed jitolbu servizzi residenzjali bdew jitpoġġew jistennew fl-iswali tal-isptar, fejn sikwiet kien qed ikun kawża ta’ ffullar.