“10 snin tieħu paċenzja bija” – Elton Zarb

Il-mużiċist u producer Elton Zarb iċċelebra 10 snin ta’ żwieġ ma’ martu Fleur. Huma żżewġu nhar il-5 ta’ Diċembru tal-2010.

Il-koppja Zarb diġà ħalliet il-messaġġi tagħha b’mod pubbliku.

“10 snin tieħu paċenzja bija” kiteb Elton Zarb, li jmexxi l-kumpanija Wicked&Loud.

Min-naħa tagħha Fleur, kitbitlu wkoll messaġġ f’okkażjoni tal-10 anniversarju tat-tieġ tagħhom. “Bħala koppja aħna nivvjaġġaw il-mogħdijiet differenti tal-ħajja, billi negħlbu l-ostakli li niltaqgħu magħhom matul it-triq. Kull jum li jgħaddi l-imħabba tiegħi għalik tissaħħaħ. Inħobbok għall-infinità imħabba tiegħi”.

Fil-karriera tiegħu Elton kien ikkompona u pproduċa l-kanzunetta The Start li biha Gaia Cauchi tat lil Malta l-ewwel rebħa fil-Junior Eurovision Song Contest. Il-kanzunetta kienet miktuba minn Matt “Muxu” Mercieca.

Fis-sena ta’ wara ikkompona l-mużika ta’ Diamonds fuq lirika ta’ Matt “Muxu” Mercieca u li biha Federica Falzon irrappreżentat lil Malta fil-Junior Eurovision. Fis-sena ta’ wara Elton mhux biss ikkompona iżda flimkien ma’ Matt “Muxu” Mercieca kiteb il-kanzunetta Not My Soul li biha Destiny Chukunyere rebħet il-Eurovision.

Elton ħadem mill-qrib ma’ bosta kantanti u wkoll ikkompona l-mużika għall-film Saul: The Journey to Damascus.

Nawguraw l-isbaħ xewqat lill-koppja Zarb f’għeluq l-ewwel 10 snin miż-żwieġ tagħhom.