10 snin mill-mewt ta’ Fr Joshua Muscat

Illum huwa l-10 anniversarju mill-mewt ta’ Fr Joshua Muscat, qassis Għawdxi li miet fl-2009 fl-età ta’ 27 sena. Hu kien ġie ordnat bħala qassis fl-2007.

Skont Fr Geoffrey Attard, Fr Joshua beda l-istudji tiegħu fis-Seminarju ta’ Għawdex fl-2000. Ġie ordnat bħala qassis mill-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech f’Ġunju tal-2007 fil-Katidral ta’ Għawdex. Wara l-ordinazzjoni tiegħu mar fl-Arċidjoċesi ta’ Turin fl-Italja.

Facebok – Campetto Parrocchiale Don Joshua Muscat

Qatta’ perjodu qasir hemm sakemm ġie lura Għawdex fejn kellu battalja mal-kanċer. Fr Joshua baqa’ jqaddes sakemm seta’ wara li rċieva d-dijanjosi tiegħu.

Ħafna minn dawk li kienu jafuh jiftakruh bħala bniedem ġentili b’qalb kbira.

Fl-2015, f’Nichelino, fil-provinċja ta’ Turin – il-belt ta’ Don Bosco, ġiet inawgurata statwa kommemorattiva tal-bronż f’ġieh Don Bosco u b’tifkira tas-saċerdoti Għawdxin Dun Joe Galea li miet fl-2007 u Dun Joshua Muscat li miet fl-2009.

Statwa ta’ Don Bosco f’Turin tfakkar żewġ saċerdoti Għawdxin

Il-funeral ta’ Fr Joshua sar fil-Bażilika ta’ San Pietru u San Pawl fin-Nadur fit-2 ta’ Settembru 2009.

Illum fis-7.15pm se ssir quddiesa fiċ-Ċimiterju ta’ Kenuna b’tifkira tiegħu.

Nhar is-Sibt 31 ta' Awwissu se nfakkru l-10 anniversarju minn meta hija Fr. Joshua Muscat mar jinghaqad mal-Hallieq. …

Posted by Natalie Cassar on Tuesday, August 27, 2019