10 snin mill-isplużjoni ta’ kamra tan-nar fil-Mosta

Google Maps

Għaxar snin ilu kienet splodiet il-kamra tan-nar tal-Mosta tal-festa ta’ Santa Marija. Żagħżugħ ta’ 26 sena kien miet minħabba l-inċident.

Kien għall-ħabta tas-2.30pm tal-24 ta’ Ottubru 2009 meta kien hemm splużjoni f’waħda mill-kmamar tal-fabbrika fil-Bidnija. B’kollox weġġgħu 3 persuni.

Żewġt irġiel ta’ 39 u 81 sena kienu ttieħdu l-isptar. Dawn kellhom ġrieħi ħfief. Però, iż-żagħżugħ ittieħed f’kundizzjoni kritika lejn l-isptar Mater Dei. Iż-żagħżugħ, Mario Farrugia, tilef ħajtu kawża tal-ġrieħi li ġarrab f’Diċembru tal-2009. Hu kien mill-Mosta.

Għall-2009, Farrugia kien l-unika persuna li tielf ħajtu fi splużjoni f’kamra tan-nar.