“10 snin ilu mititilna t-tifla, issa t-tifel jimrad bil-kanċer”

Javen, li għandu seba’ snin, bħalissa qed jissielet mal-marda kiefra tal-kanċer.
Il-ġenituri tiegħu qed jaffaċċjaw dulur għat-tieni darba, hekk kif 10 snin ilu tilfu lil binthom.
Waqt il-programm Xarabank, omm Javen irrakkuntat kif bħal-lum sena Javen beda jħawwad, tant li m’għarafx in-nanniet tiegħu.
Spjegat li wara li ħaduh għat-testijiet irċevew l-aħbar kerha li Javen għandu tumur f’rasu.
Kulma jmur Javen dejjem qed jaqleb għall-aħjar. U minkejja li fil-bidu t-telgħa tal-Kalvarju kienet iebsa, issa omm Javen qed tħares ‘il quddiem b’ottimiżmu.
Min jixtieq jgħin lill-familja ta’ Javen u ta’ oħrajn jerfgħu s-salib, jista’ jagħti donazzjoni lil Puttinu Cares waqt il-programm Xarabank ta’ għada, f’Jum il-Ġimgħa l-Kbira.