10 snin ħabs talli abbuża tifel ta’ 13-il sena

Arkivji

Raġel ta’ 74 sena ngħata sentenza ta’ 10 snin ħabs wara li ammetta li abbuża sesswalment lil tifel ta’ 13-il sena.

Michael Charles Muscat ġie akkużat li f’Settembru kkorrompa lit-tifel, li ħa sehem f’attivitajiet sesswali miegħu, u li penġa materjal mhux diċenti tat-tifel.

Il-Maġistrat qalet li dan kien każ serju ħafna li fih inkissret l-innoċenza ta’ tifel minn persuna li suppost kien qed tieħu ħsiebu. Din ma kinitx l-ewwel darba li r-raġel ġie akkużat b’reati simili.

L-akkużat tpoġġa taħt ordni ta’ protezzjoni għal 3 sin biex jingħata għajuna b’rabta mal-problemi psikoloġiċi tiegħu.