10 snin ħabs għall-eks kap tas-sigurtà Taljan

L-eks kap tas-sigurtà tal-Italja Nicolo Pollari ingħata sentenza ta’ 10 snin ħabs tas-sehem tiegħu f’attività li aktarx kellha skopijiet terroristiċi.

Barra min hekk, quddiem il-Qorti ta’ Milan, l-eks deputat kap tas-sigurtà Marco Mancini ingħata sentenza ta’ disa snin.

Il-każ jitratta l-kjeriku Musulman Hassan Mustafa Osama Nasr. Fl-2003 dan ġie maħtuf fid-dawl tax-xemx f’Milan, meħud f’żewġ bażi Amerikani fl-Ewropa qabel ma ġie trasferit lejn l-Eġittu. Huwa jgħid li kien ittorturat għal seba’ xhur u miżmum għal snin mingħajr akkużi, qabel ma tħalla ħieles.

Kemm Pollari kif ukoll Mancini mistennija jappellaw mis-sentenzi li ingħataw. Din kienet l-ewwel darba fl-istorja li ttieħdu passi kontra s-CIA tal-mod kif ġew trasferiti persuni suspettati il wettqu attakki terroristiċi.