10 sigħat biss biex taħsibha u tiddeċiedi

Jekk qed tippjana vaganza għal bejn Settembru u Ottubru, fittex iddeċiedi għax l-Air Malta nediet offerta li se tibqa’ miftuħa sal-lum fil-11:59pm.
Id-destinazzjonijiet li l-Air Malta qed toffri skont fuqhom huma dawn:

  • Londra,
  • Brussell,
  • Ġeneva,
  • Praga,
  • Pariġi,
  • Moska,
  • Frankfurt,
  • Munich,
  • Vjenna, u
  • Tuneż.

L-offerta se tiftaħ illum fis-2:00pm u tibqa’ miftuħa biss 10 sigħat.
Aktar dettalji jistgħu jinkisbu minn fuq is-sit tal-Air Malta.