10 punti biex tissaħħaħ l-ekonomija wara l-Covid-19 – De Marco, Newsbook Webinar

Read in English.

Il-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Finanzi Mario de Marco ppropona pjan ta’ 10 punti biex tissaħħaħ l-ekonomija wara li tgħaddi l-imxija tal-COVID-19.

Waħda mit-temi li ġiet diskussa waqt il-webinar organizzat minn Newsbook.com.mt bl-isem, “L-Ekonomija wara l-COVID-19”, hija li l-ekonomija jeħtieġ li tinbena fuq kontribuzzjonijiet multilaterali. Dr Mario de Marco qal li din hija wkoll il-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista. Żied li l-istrateġija ekonomika u finanzjarja għandhom ikunu rispons nazzjonali permezz ta’ task force bejn il-partiti kollha involuti li tindirizza u tagħti gwida lill-ekonomija u l-finanzi.

Il-Kelliem għall-Oppożizzjoni qal li s-solidarjetà hija importanti ħafna u ħadd m’għandu jitħalla lura. Huwa semma tliet fatturi li fl-oppinjoni tiegħu qed joħolqu problemi lill-ekonomija attwali tal-pajjiż:

  • In-nuqqas ta’ komunikazzjoni fejn jidħlu n-negozji.
  • In-nuqqas tal-vaċċin iħalli sens ta’ biża’
  • Id-distanza soċjali li qed twassal biex ikun hemm inqas interazzjonijiet.

Dr de Marco kompla li wieħed għandu jirreaġixxi għar-realtijiet li huma neċessarji li l-pajjiż ikollu viżjoni dwar fejn irid fil-futur. Dr Mario de Marco ppropona li:

  • Għandu jkun inċentivat aktar l-innovazzjoni
  • Tinżera l-fiduċja permezz tal-għajnuna li jkun hemm bżonn
  • Tissaħħaħ ir-relazzjoni bejn is-saħħa u l-ekonomija.
  • It-trasformazzjoni ekonomika fejn il-pajjiż irid imur tajjeb ħafna fl-aspetti kollha
  • Il-pajjiz irid jiffoka aktar fuq il-kwalità milli l-kwantità
  • Patt soċjali ġdid għall-ħajja aħjar
  • Il-pajjiz ikollu ekonomija ċirkolari u
  • L-użu tal-fond pubbliku u dak Ewropej ikunu sostenibbli.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn