10 psikologi ġodda jingħataw il-warrant

Għaxar psikologi ġodda ngħataw il-warrant mill-Ministru għall-Familja Marie-Louise Coleiro Preca bil-għan li jkunu jistgħu jibdew jipprattikaw din il-professjoni.
F’ċerimonja li saret fil-bini tal-Ministeru, Coleiro Preca qalet li sfortunatament m’hemmx biżżejjed viżibilità ta’ din il-professjoni.
Għalhekk insistiet li għandna naħdmu biex intellgħu l-viżibilità tal-professjoni.
Il-Ministru Coleiro Presa sostniet li għad hawn persuni li jħarsu lejn il-psikologu b’ċertu stigma u segwentament ma jfittxux l-għajnuna li jkollhom bżonn.
Qalet li rridu nbiddlu din il-mentalità bil-għan li s-soċjetà tikber u timmatura fi ħsibijietha u tfittex l-għajnuna meta tiġi bżonnha.
Il-Ministru temmet billi awgurat il-psikologi l-ġodda f’ħidmiethom bil-għan li l-poplu jkun aktar b’saħħtu u kapaċi jiffaċċja kull sitwazzjoni f’ħajtu.

Ritratt: DOI – Omar Camilleri