10 proġetti ġodda jibbenefikaw minn €1 miljun f’fondi Ewropej

Għaxar proġetti ġodda se jibbenefikaw minn miljun ewro f’fondi Ewropej taħt il-programm ġenerali ‘Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta’ Migrazzjoni’.

Dan tħabbar mis-Segretarju Parlamentari Dr Ian Borg waqt ċerimonja li matulha tħabbru l-benefiċjarji li bbenefikaw mill-aħħar sejħa għall-proposti.

Dr Borg ħabbar ukoll li se toħroġ it-tieni sejħa ta’ applikazzjonijiet taħt il-Fond Ewropew għar-Ritorn u l-Fond Ewropew għall-Integrazzjoni ta’ Ċittadini ta’ pajjiżi tat-Tielet Dinja b’valur ta’ €740,000 f’Fondi Ewropej.

Din is-sejħa għall-applikazzjonijiet tagħlaq fil-25 ta’ Ottubru 2013.

 

Ritratt: DOI – Pierre Sammut