10 persuni l-Qorti fl-2014 għal moħqrija tal-annimali

Għaxar persuni din is-sena s’issa tressqu l-Qorti akkużati b’moħqrija tal-annimali. Din hi l-istess ċifra għan-numru ta’ persuni mressqa matul l-2013 kollha kemm hi.
B’kollox, bejn l-2010 u din is-sena s’issa, tressqu total ta’ 68 persuna l-Qorti b’akkużi marbuta ma’ moħqrija fuq l-annimali.
L-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Ministru tal-Intern Manuel Mallia bi tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Mario Galea.