10 persuni jmutu f’għargħar

Mill-inqas 10 persuni mietu f'għargħar ikkawżati minn xita mhux mistennija fil-kapital Port Louis fil-gżejjer tal-Mauritius is-Sibt li għadda. Madwar tmien persuni nqabdu taħt l-art hekk kif il-livell tal-ilma ogħla malajr. Il-Prim Ministru Navin Rangoolam qal li l-gżejjer intlaqtu ħażin minn tibdiliet fil-klima. Huwa ddikjara l-1 t’April bħala jum ta’ luttu nazzjonali. L-għargħar ikkawżaw kaos fil-belt, kif ukoll ammont kbir ta’ traffiku fiċ-ċentru. In-nies ġew mwissija sabiex jibqgħu ġewwa hekk kif aktar xita hi mistennija llum il-Ħadd.