10 persuni arrestati f’Bieb il-Belt

10 persuni ġew arrestati wara li nqabdu jilgħabu logħob tal-azzard fejn il-Bieb tal-Belt Valletta.

Fi stqarrija, il-Pulizija saħqu li ġew infurmati b’dan il-logħob, u li minnufih marru jinvestigaw. Minn stħarriġ preliminari ġew identifikati żewġ persuni li allegatament kienu involuti f’dan il-logħob. Minn tfittxijiet oħra, ġew identifikati 8 persuni oħra li allegatament kellhom x’jaqsmu f’din l-attività.

Il-persuni arrestati huma kollha ta’ nazzjonalita Rumena, u ġew meħuda fil-Kwartieri Ġeneral tal-Pulizija sabiex jgħinu fl-investigazzjonijiet.  Huma mistennija jitressqu quddiem il-Maġistrat tal-Għassa.