10 pariri tal-Papa Franġisku lill-maħbubin

Il-Papa Franġisku ta’ spiss iwassal messaġġi u pariri lill-maħbubin, fost l-oħrajn lil għarajjes jew miżżewġin. Sikwit għadda dawn it-tip ta’ messaġġi propju f’Jum San Valentinu li qed niċċelebraw illum.

Dawn huma 10 mill-għadd ta’ pariri li wassal il-Papa Franġisku tul is-snin:

  • Tistennewx perfezzjoni mill-persuna li tħobbu. L-ebda familja, l-ebda raġel u l-ebda mara ma huma perfetti.
  • Iż-żwieġ huwa iktar importanti mit-tieġ. Tajjeb li l-festin u l-libsa li tagħżlu jkunu sinifikat tal-ferħ u l-imħabba ta’ bejnietkom.
  • Tmorrux torqdu rrabjati ma’ xulxin. Itolbu maħfra lil xulxin. Dan huwa s-sigriet tal-imħabba.
  • Ikkommettu ruħkom għal dejjem, imma t-tul mhux l-uniku sinjal ta’ żwieġ ta’ suċċess. Il-kwalità taż-żwieġ importanti wkoll.
  • “Jekk jogħġbok”, “grazzi” u “skużani.” It-tliet kelmiet li għandek tgħid ta’ kuljum meta tgħix ma’ xi ħadd.
  • Id-djalogu huwa essenzjali biex ikun hemm l-imħabba fiż-żwieġ u fil-familja.
  • Kunu lesti tagħmlu s-sagrifiċċji għal xulxin.
  • Intom kemm intom impenjati, qisu li jkollkom ħin għal xulxin.
  • Aċċettaw in-nuqqasijiet ta’ xulxin – jekk l-imħabba ma tkunx perfetta ma jfissirx li mhix vera jew reali.
  • Ħares lejn it-tajjeb fil-maħbub tiegħek anke meta jagħmel xi ħaġa li ddejqek.

Awguri lill-maħbubin kollha!