10 oġġetti li għandek tieħu miegħek fuq l-ajruplan

Fuq l-ajruplan ħafna drabi nippruvaw intellgħu magħna kemm nistgħu affarijiet. Imma fil-verità ma jkollniex bżonn kollox.
Biex jagħmillek ħajtek iktar faċli, Newsbook.com.mt qed jelenka lista ta’ 10 affarijiet li għandek tikkunsidra li ttella’ miegħek fuq l-ajruplan għas-safra li jmiss. 

  1. Basket carry-on: basket b’numru kbir ta’ kompartamenti, li ġeneralment jintlibsu fuq id-dahar bħal basket tal-iskola, u huma ta’ daqs perfett biex jintużaw bħala hand luggage. Fl-istess ħin jinfetħu qishom bagalja u għalhekk ma ddumx tfittex biex issib xi ħaġa.
  2. Earphones, aħjar jekk wirelessIl-mużika tista’ tkun mezz kif il-ħin fuq l-ajruplan tarah itir.  Jekk tieħu miegħek earbuds (wireless) se tiffranka milli toqgħod tħoll l-għoqiedi.
  3. Par kalzetti komdi:  Għalkemm huwa ovvju li tieħu miegħek, par jew tnejn, waqt il-vjaġġ importanti li l-kalzetti li tkun liebes ikunu komdi. 
  4. Toiletries bag: Toothpaste, sapun… kollox f’din il-borża, biex jekk jinfetaħ xi flixkun ikun hemm x’jipproteġi l-bqija tal-bagalja.
  5. Toothbrush ta’ żmien in-nanna:  Fis-suq hawn xkupilji tas-snien ġoddda, imma bbażata fuq mudelli antiki – magħmulin minn materjal tal-gomma.  Dawn aħjar minn tootbrush tal-elettriku jew dawk komuni li jdumu biex jinxfu u għalhekk tissogra li timmoffa jew tinten f’kompartament magħluq.
  6. Pocket li jinkludi ċarġer u batterija oħra tal-mowbajl:  Kemm jekk tixtri pocket li jiġi b’ċarġer tal-mowbajl jew li fih biżżejjed post fejn tqiegħed batterija, tiffranka li tinkwieta li jintfielek il-mowbajl għax jispiċċa bla batterija.
  7. Backpack żgħir:  Basket li fih iżżomm xi ktieb, tablet, earphones, flus, u l-passaport.
  8. Cover tal-mowbajl b’post għall-karta tal-identità u kards tal-bank: Il-karta tal-identità u l-kards tal-bank jistgħu jkunu faċilment aċċessibbli jekk il-cover tal-mowbajl ikollha kompartamenti apposta fuq wara.
  9. Ħwejjeġ komdi: Ilbes qliezet li jiġġebbdu u mhux issikkati, qomos u ġkieket bil-buttuni, u żraben ħfief.
  10. Kremi tal-ġilda u spirti kontra l-mikrobi:  Meta tkun f’ajruport ikun hemm ħafna nies imissu l-imwejjed, ħitan u puġġamani fost l-oħrajn.  Għalhekk tajjeb li żżomm spirtu kontra l-mikrobi biex taħsel idejk minn fuq is-seat tal-ajruplan.  Il-krema tal-ġilda tgħin biex meta tasal il-lukanda, tikkumpensa għall-ħsarat ikkawżati min-nuqqas ta’ rqad u ħafna ġiri.