10 NGOs kontra l-ftuħ tal-istaġun tal-kaċċa

Read in English.

10 għaqdiet volontarji ngħaqdu mal-appell tal-BirdLife lill-Prim Ministru Robert Abela sabiex l-istaġun tal-kaċċa ma jinfetaħx din is-sena.

L-għaqdiet sostnew li fil-qagħda li tinsab fiha Malta, flimkien mal-kumplament tad-dinja, fejn kulħadd qed jiġi inkoraġġit jibqa’ d-dar minħabba l-imxija tal-coronavirus, ma jagħmilx sens li l-Gvern iħalli lil eluf ta’ kaċċaturi joħorġu għall-kaċċa tar-rebbiegħa.

Huma appellaw lill-Gvern jagħraf illi l-pajjiż huwa għat-tgawdija ta’ kulħadd u mhux għall-interessi ta’ grupp żgħir biss.

L-għaqdiet imsemmija huma Nature Trust-FEE Malta, Friends of the Earth Malta, Flimkien għal Ambjent Aħjar (FAA), Greenhouse Malta, Moviment Graffitti, Bicycle Advocacy Group, Din l-Art Ħelwa, Futur Ambjent Wieħed, Animal Liberation Malta u Ramblers’ Assocation of Malta.